Literacy

Waqt din il-lezzjoni morna dawra fl-iskola. Din il-lezzjoni kellha żewġ għanijiet prinċipali. L-ewwel għan kien sabiex l-istudenti l-ġodda jorjentaw ruħhom mal-ambjent il-ġdid li qegħdin fih din is-sena u t-tieni għan kien sabiex l-istudenti kollha jfittxu jew jieħdu ritratti ta’ xi affarijiet fin-natura, ngħidu aħna siġra, frotta, zokk u werqa.